The Maltese National Canine Federation
logo   title
Official Web Site
 
HOME COUNCIL HISTORY STATUTE LINKS NEWS INFO / shows dates CONTACT US
AFFILIATED CLUBS Show Reports FORMS Upcoming Events Looking for a Puppy?
STATUT
1. ISEM: Il- Federazzjoni ghandha tkun maghrufa bhala L-MALTESE NATIONAL CANINE FEDERATION, li minn hawn il- quddiem tigi rriferuta bhala "IL-FEDERAZZJONI"
2. GHANIJIET: L- ghanijiet tal- Federazzjoni huma:
  a) Biex tkun l-entita Nazzjonali Maltija li tiggverna l-kultura tat- tnissil, trobbija, registrazzjoni, esebizzjoni, u kompetizzjoni ta' klieb ta' kull razza pura, kif ukoll tahrig ta' obbidjenza u agilita, u kompetizzjonijiet f'dan ir- rigward, ta' klieb kemm ta' razza pura u kemm mhumiex. u biex tinkoragixxi u torganizza dawn is- setturi.
b) Li tghaqqad, tipprotegi, ittejjeb u tikkordina l- interessi ta' Ghaqdiet tal- gzejjer Maltin ghat- tnissil, trobbija, esebizzjoni, kompetizzjoni u tahrig ta' kwalunkwe razza ta' klieb.
c) Li tistabbilixxi u timmantjeni sistema ta' registrazzjoni tar- razez kollha tal- klieb.
d) Li tissuplixxi pedigrees udfficjali ta' klieb registrati fi hdana.
e) Li tistabbilixxi u timmantjeni lista ta' breeders u r- registrazzjoni tal- kennel names (affixes) taghhom.
f) Li tawtorizza lill- ghaqdiet imsiehbin maghha biex itellghu wirjiet taht l- awspici taghha u tassistiehom anke f' attivitajiet ohra.
g) Li zzomm id- dritt li torganizza l- Annual Federation Championship Dog Show.
h) Li taghti pariri, tinfluwenza u tikkoopera mal- Gvern u mal- Kunsilli Lokali, mad- Dipartimenti ndividwali tal- Gvern, ma' Kumitati Edukattivi u ohrajn u ma' skejjel biex tmexxi l- quddiem it- trobbija, l- esebizzjoni u t- tahrig u kwalunkwe attivitajiet ohra li jaqghu that il- kappa tal- Federazzjoni.
i) Li tippromwovi u tinkoraggixxi din il- kultura/sport fil- Gzejjer Maltin fost nies ta' kull eta, specjalment fost it- tfal.
j) Li tirregola u tikkontrolla, u fejn mehtieg, tiddixxiplina, l- ghaqdiet membri tal- Federazzjoni.
3. POTERI: Biex tilhaq dawn l- ghanijiet il- Federazzjoni trid u ghandha kull poter biex:
  a) Tinkoraggixxi l- hidma biex jintlahqu u jinzammu l- livelli gholjin mixtieqa fir- razez rikonoxxuti minnha.
b) Taddotta l- istandards tal- klieb kif mahruga mill- Kennel Club ta' l- Ingilterra, l- Ghaqda li l- Federazzjoni ghandha jkollha ftehim reciproku maghha.
c) Tfassal u taggorna r- regolamenti tal- wirjiet.
d) Taghti s- sapport taghha f' wirjiet approvati minnha.
e) Tiehu hsieb kwistjonijiet ta' ksur ta' regolamenti u tiehu l- passi mehtiega.
f) Tahtar Sotto-Kumitati sabiex jghinu u tiddelega kwalunkwe xoghol li jidhrilha lill- dawn is- Sotto Kumitati.
g) Tarbitra fejn ikun hemm nuqqas ta' qbil bejn l- ghaqdiet membri taghha jew bejn il- membri individwali taghhom.
h) Tippubblika kwalunkwe rapport li jidhrilha li jkun mehtieg.
i) Taghmel kull ma hu mehtieg sabiex dawn l- ghanijiet jintlahqu.
j) Tghamel ftehim reciproku ma Ghaqdiet barranin li jidhrilha huma necessarji.
4. SHUBIJA: Il- membri fundaturi u originali tal- Federazzjoni huma biss l-erbgha ghaqdiet li hadu sehem dirett fit- tahdidiet u l- process sabiex titwaqqaf din il- Federazzjoni, li huma l- Malta Canine Society, il- German Shepherd Dog Association (Malta) u l- Obedience & Agility Association, u l- Malta Ladies Kennel Association.
5. SHUBIJA TA' GHAQDIET OHRA: Is- shubija fil- Federazzjoni ghandha tkun miftuha ghall- Ghaqdiet ohra li l- Federazzjoni jidhrilha li huma eligibbli ghas- shubija, u li jikkwalifikaw ghar- regolamenti kif imposti mill- Federazzjoni ghall- Ghaqdiet imsiehba u kif stipulati fl- istatut tal- Federazzjoni, u li huma lesti li joqghodu ghar- regolamenti tal- Federazzjoni.
6. GHAQDIET MEMBRI GODDA: Applikazzjonijiet ta' shubija ghandhom isiru bil- miktub fuq il- formola mahruga apposta u ghandhom jintbghatu lis- Segretarju flimkien mal- hlas tar- registration fee u tal- membership fee. L- applikazzjonijiet kollha jigu pprocessati f' laqgha tal- Kunsill li tigi msejha specifikament ghall dan l-iskop. Biex applikazzjoni tigi accettata tinhtieg iz- zewg terzi tal-voti tal- Kunsill tal- Federazzjoni fid- data tal- laqgha. Il- Federazzjoni m' ghandha l- ebda obbligu li taghti r- ragunijiet jekk ma tilqax xi applikazzjoni. Kwalunkwe hlas li jkun sar minn qabel, bhall hlas ta' Registrazzjoni jew mizata annwali, ma tigix rifonduta f' kaz li l- applikazjoni ma tigix milquha.
7. DRITTIJIET TAL- GHAQDIET MEMBRI: Ghaqda li l- applikazzjoni tas- shubija taghha fil- Federazzjoni tigi milquha, ghandha tigi accettata bhala membru bi prova ghall- sentejn. F' dawn is- sentejn il- Federazzjoni ghandha tezamina u tiskrutina l- attivitajiet ta' l- Ghaqda msiehba bi prova u tara li l- ghanijiet u l- attivitajiet ta' din l- Ghaqda huma genwini u kompatibbli mal- ghanijiet u r- regolamenti tal- Federazzjoni. F' dawn is- sentejn ta' prova l- Ghaqda tgawdi mill- protezzjoni u mill- ghajnuna tal- Federazzjoni, trid thallas l- membership fee u jkollha osservatur wiehed fil- Kunsill tal- Federazzjoni, izda dan ma jkollux id- dritt li jivvota fil- laqghat u decizjonijiet tal- Kunsill tal- Federazzjoni. F' gheluq is- sentejn, il- Kunsill jiltaqgha specifikament sabiex jiddeciedi jekk l- Ghaqda ghandiex tissieheb bhala membru fil- Federazzjoni. Il- Kunsill ghandu d- dritt li fl- istess laqgha li ma jaccettax l- Ghaqda bhala membru fil- Federazzjoni jekk din ma tkunx issodisfat lill- istess Kunsill bl- attivitajiet u jew l- ghanijiet taghha matul is- sentejn prova li tkun ghamlet. Kif l- Ghaqda tigi accettata bhala membru shih, din tibda tgawdi mill- beneficcji u d- drittijiet kollha bhall Ghaqdiet l-ohra msiehbin, nkluz dik ta' rapprezentanza u partecipazzjoni shiha fil- Kunsill tal- Federazzjoni.
8. MEMBERSHIP FEE GHALL- GHAQDIET IMSIEHBIN: Il- membership fee annwali ghandha tkun dik stipulata mill- kunsill minn zmien ghall zmien. Il- membership fee tithallas ghal sena bil- quddiem u tkopri l- perjodu mill- 1 ta' Jannar sat- 31 ta' Dicembru.
9. IRBIT MAR- REGOLAMENTI: Meta ghaqda membru thallas ir- Registration Fee dan ghandu jigi nterpretat li l- Ghaqda tkun fehmet u accettat l- Istatut, ir- regoli u r- Regolamenti tal- Federazzjoni u li taqbel li tosservahom u li tkun marbuta bihom matul il- perjodu kollu tas- shubija taghha. Tinhall biss jekk tirrezenja formalment skond l- artiklu relevanti mfisser hawn taht, jew jekk tkun tnehhiet mir- registru tal- ghaqdiet membri.
10. RIZENJI: Biex ghaqda tirrezenja minn membru trid tavza lis- Segretarju tal- Federazzjoni formalment u bil- miktub, mill- anqas 90 gurnata qabel. F' dan il- perjodu l- Ghaqda titlef il- beneficcji kollha li tgawdi mill- Federazzjoni, inkluz ir- rapprezentanza fil- Kunsill. Ir- rizenja tista tigi rtirata f' dawn id- 90 gurnata. Jekk sad- 90 gurnata mid- data ta' l-avviz tar- rizenja l- Federazzjoni ma tircievi l- ebda korrispondenza bil- miktub li r- rizenja tkun giet irtirata, ir- Rizenja tigi fis- sehh fil- 91 gurnata. Madankollu r- rizenja tigi accettata minghajr pregudizzju ghal kwalunkwe obbligazzjonijiet pendenti.
11. TNEHHIJA TA' GHAQDA MEMBRU: Kull ghaqda membru li tkun waqghet lura b' xahar fil- hlas tal- membership fee ghandha tigi nnotifikata mit- Tezorier tal- Federazzjoni li jtiha zmien ta' 30 jum mid- data tan- notifika biex taggorna ruha. Jekk il- pagament ma jsirx f' dan iz- zmien, l- isem l- ghaqda jinqata mir- registru tal- membri fil- 31 jum. Jekk l- Ghaqda mbghad terga tapplika ghas- shubija, din ghandha tigi kkunsidrata bhala membru gdid u trid thallas ir- registration fee ghall darba ohra.
12. L-UFFICJALI: L-ufficjali (President, Segretarju u Tezorier) ghandhom ikunu eletti waqt Laqgha Generali Annwali jew Straordinarja. Dawn ghandhom jigu pproponuti minn Ghaqda u sekondati minn Ghaqda ohra. Hekk kif jigu mahtura, l- ufficjali ghandhom jirrilaxxaw ruhhom minn xi pozizzjoni ta' Ufficjali li jistghu ikunu qed jokkupaw fl- Ghaqdiet affiljati. L-ufficjali ghandhom iservu ghall perjodu ta' tlett snin. Malli l- President jigi mahtur fil- kariga, dan jigi awtomatikament mahtur bhala membru onorarju ghall- ghomru. Kull ufficjal, jekk ikun jghamel parti minn Kumitat ta' klabb affiljat, ghandu jitqies bhala parti minn numru ta' raprezentanti ta' l- Ghaqda tieghu.
13. PRESIDENTI ONORARJI: Ghandu jkun hemm Presidenti Onorarji kemm l- kunsill jiddeciedi. Il- Presidenti Onorarji jinhatru fil- Laqgha Generali Annwali fuq rakkomandazzjoni tal- Kunsill.. Dawn ghandhom jigu kkonfermati kull sena fil- Laqgha Generali Annwali.
14. IL- KUNSILL: L- amministrazzjoni tal- Federazzjoni ghandha tkun immexxija milli Kunsill li ghandu jkun kompost mill- President, is- Segretarju, it- Tezorier u mir- rapprezentanti ta' l- ghaqdiet affiljati maghha. Il- Kunsill ghandu jkollu l- poter li jaltera jew ibiddel l-Istatut u jghamel Bye-Laws li jidhirlu li huma necessarji ghall- ahjar tmexxija u l- gid tal- Federazzjoni u sabiex jara li jigu esegwiti l- oggettivi tal- Federazzjoni. Kwalunkwe regolamenti flimkien mar - regoli tal- Federazzjoni ghandhom jigu ppublikati kull sena. Kull ghaqda ghandha tkun responsabbli direttament biex teleggi jew tapponta l- membri li jirrapprezentawha fuq il- Kunsill tal- Federazzjoni sal- massimu ta' 3, skond it- tabella t' hawn taht:
    10 sa 30 membru:
30 sa 50 membru:
51 sa 100 membru:
100 jew aktar:

xejn rapprezentanti
1 rapprezentant.
2 rapprezentanti
3 rapprezentanti.
    In- numru ta' delegati jinhadem skond kemm l- Ghaqda jkollha membri aggornati fil- hlasijiet taghhom fl- 31 ta' Dicembru.
15. TIBDIL TA' RAPPREZENTANTI: Kwalunkwe Ghaqda tista tibdel ir- rapprezentanti taghha fil- Kunsill jew uhud minnhom basta taghti avviz bil- miktub lis- Segretarju mill- anqas 30 gurnata qabel. L- ebda Ghaqda ma tista tibdel rapprezentant taghha jekk dan ikun jokkupa kariga ta' Ufficjal fil- Kunsill.
16. "TERM OF OFFICE": It- term of Office tar- rapprezentanti tal- Ghaqdiet affiljati tal- Federazzjoni fil- Kunsill huwa ta' sena. Wara r- rizenja awtomatika hekk kif jispicca dan il- perjodu, kull rapprezentant ikun eligibbli biex jerga jigi appuntat mill- Ghaqda tieghu.
17. ELEZZJONI TA' L-ASSISTENTI TA' L- UFFICJALI: L-elezzjoni tal- Vici President, Assistent Segretarju u Assistant Tezorier ghandha issir fl- ewwel laqgha ta' kull Kunsill gdid, jigifieri kull sena. Membri tal- Kunsill biss jistghu jigu nnominati ghal dawn il- karigi. Kandidat ghal kariga ta' Assistant Segretarju u ta' Vici President ma jistghawx ikunu mill- istess ghaqda.
18. CHAIRMAN: Il- President huwa c- Chairman tal- Kunsill. Ghandu l- vot normali tieghu bhala membru tal- Kunsill u l- casting vote li ghandu juza bhala Chairman f' kaz ta' parita f'xi votazzjoni.
19. QUORUM: Il- quorum huwa ta' wiehed izjed minn nofs in- numru tal- membri fil- Kunsill.
20. DECIZJONIJIET TAL- KUNSILL: Kull suggett imressaq ghall- vot tal- Kunsill ghandu jigi deciz b'maggoranza semplici, (jigifieri 50% + 1). L-ebda suggett deciz bil- votazzjoni m' ghandu jerga jitressaq quddiem il- Kunsill qabel ma jkunu ghaddew mill- inqas sitt xhur mid- data tad- decizjoni.
21. NUQQAS TA' ATTENDENZA: Dawk il- membri tal- Kunsill li javzaw lis- Segretarju minn qabel meta ma jkunux jistghu jattendu ghal xi laqgha tal- Kunsill jitnizzlu fil- minuti bhala skuzati. Altrimenti jitnizzlu bhala assenti. Meta membru jkun assenti ghal tlett darbiet konsekuttivi minghajr avviz jew raguni valida dan jigi meqjus bhala li jkun irrezenja mill- Kunsill ghall- kumplament tat- term of office, u l- Ghaqda li jirrapprezenta trid teleggi jew tapponta l- haddiehor minfloku.
22. FREKWENZA TAL- LAQGHAT: Il- Kunsill ghandu jiltaqa mill- anqas erba darbiet fis- sena.
23. HATRA TA' KUMMISSJONIJIET: Il- Kunsill ghandu l- poter li jahtar kummissjonijiet biex jiehdu hsieb kwalunkwe xoghol specifiku tal- Federazzjoni jew ghall- kwalunkwe skop specifiku u jista jiddelega lill dawn il- kummissjonijiet dawk il- funzjonijiet u poteri li jkun jinhtieg. Il- Kunsill jista jxolji dawn il- kummissjonijiet hesrem. Il- President us- Segretarju ghandhom ikunu membri ex-ufficio f' dawn il- kummissjonijiet.
24. HATRA TA' KONSULENTI: Il- Kunsill ghandu l- poter li jikkooptja persuni esperti jew specjalisti bhala konsulenti, li mhux necessarjament ikunu membri tal- Ghaqdiet affiljati mal- Federazzjoni, biex jghinuh f' kwalunkwe suggett li jkun hemm bzonn. Persuni ikkooptjati m'ghandhomx id- dritt tal- vot.
25. LAQGHA GENERALI ANNWALI: Il- Laqgha Generali Annwali ghandha issir mhux aktar tard mit- 30 ta' Gunju. Il- membri tal- Kunsill huma l- unici membri ntitolati li jivvotaw fil- Laqghat Generali, u dawn ghandhom jivvotaw skond kif jiddeciedi il- Kumitat ta' l- Ghaqda li jirrapprezentaw.. Fil- Laqgha Generali jistghu jattendu il- membri kollha tal- kumitati tal- Ghaqdiet affiljati. Il- Kunsill huwa marbut sabiex javza lill- Ghaqdiet bil- Laqgha Generali Annwali mill- inqas 30 gurnata qabel il- laqgha. Il- Laqgha Generali Annwali trid issir sa mhux aktar tard mit- 30 ta' Gunju ta' kull sena, u trid issir ghar- ragunijiet li gejjin:
  a) Sabiex tircievi rapport mill- Kunsill fuq l- attivitajiet tal- Federazzjoni mill- ahhar Laqgha Generali Annwali.
b) Sabiex tircievi u tapprova r- rapport finanzjarju annwali tal- Federazzjoni ghas- sena li tkun spiccat.
c) Sabiex tahtar President, Segretarju u Kaxxier jew dawn il- postijiet ikunu battala.
d) Sabiex jigu konsiderati, diskussi u approvati jew michuda dawk il- mozjonijiet sottomessi ghall- approvazzjoni tal- Laqgha Generali.
e) Sabiex tiddiskuti jew tiddeciedi kwalunkwe haga li tigi sottomessa lill- Laqgha Generali.
26. LAQGHA GENERALI STRAORDINARJA: Il- Kunsill ghandu d- dritt li jghajjat Laqgha Generali Straordinarja fi kwalunkwe zmien sabiex jigu diskussi u/jew decizi xi materji li hu jidhirlu li huma ta' importanza. Il- membri tal- Kunsill huma l- unici membri ntitolati li jivvotaw fil- Laqgha Generali Straordinarja, u dawn ghandhom jivvotaw skond kif jiddeciedi il- Kumitat ta' l- Ghaqda li jirrapprezentaw. Fil- Laqgha Generali Straordinarja jistghu jattendu il- membri kollha tal- kumitati tal- Ghaqdiet affiljati. L-Ghaqdiet affiljati u l- membri jircievu avviz tal- Laqgha Generali Straordinarja mill- anqas 15 il- gurnata qabel id- data tal- Laqgha Generali Straordinarja. Minbarra l- Kunsill, il- membri ghandhom dritt li jitolbu li ssir Laqgha Generali Straordinarja jekk jghamlu talba bil- miktub u ffirmata b'mhux anqas minn zewg Ghaqdiet affiljati.
27.

PROCEDURA GHALL- LAQGHAT GENERALI ANNWALI U STRAORDINARJI:

 

a)

Ghandu jintbghat avviz lill ghaqdiet membri mhallsa mhux anqas minn 30 gurnata qabel il- Laqgha Generali Annwali.
b) L- avviz ghandu jkun fih l- Agenda ghall- laqgha u l- informazzjoni kollha necessarja.
c) Mozzjonijiet li jkunu ser jigu diskussi ghandhom jaslu ghand is- Segretarju sa mhux aktar tard minn 20 gurnata qabel il- Laqgha Generali Annwali.
d) Ghandu jkun hemm quorum ta' mill anqas 50% tal- membri tal- kunsill sabiex tibda l- Laqgha. Jekk sa tletin minuta wara l- hin li kellha tibda l- Laqgha ma jkunx hemm quorum, il- Laqgha tibda xorta wahda irrispettivament minn kemm ikun hemm membri presenti, u kull decizjoni li tittiehed waqt il- Laqgha tkun tghodd u torbot lill- membri kollha daqs li kieku kien hemm quorum ta' 50%.
e) Il- membri tal- Kumitati ta' l- Ghaqdiet kollha imsiehba fil- federazzjoni ghandhom id- dritt li jattendu Laqghat Generali Annwali.
f) Il- Laqgha Generali tkun preseduta mill- President, jew mill- Vici President fl- assenza tieghu (tal- President). F'kaz li la l- President u l-anqas il- Vici President ma jkunu prezenti, il- kunsill jahtar Chairperson sabiex imexxi l- Laqgha.
g) Il- Laqgha ghandha tisma u tapprova l- Minuti ta' l- ahhar Laqgha Generali, ir- Rapport Amministrattiv u r- Rendikont Finanzjarju.
h) Tlett membri ghandhom jintghazlu bhala kummissarji elettorali minn fost il- membri prezenti fil- Laqgha sabiex imexxu l- votazzjoni ta' l-elezzjonijiet ta' l-ufficjali.
i) Il- votazzjoni issir immedjatament malli taghlaq il- Laqgha Generali u malli jivvota kull min ikun prezenti, il- kummissarji jghaddu sabiex jipprocedu bl- ghadd tal- voti. Kull min hu prezenti fil- Laqgha ghandhom id-dritt li jkunu prezenti waqt l-ghadd tal- voti izda bl-ebda mod m'ghandhom jindahlu fl-operat tal- kummissjoni elettorali li jkollha r- responsabbilita u d-diskrezzjoni assoluta fuq kull kwistjoni li tista tinqala.
j) Mozzjonijiet approvati ghandhom jigu fis-sehh b'effett immedjat.

28. IL- VOTAZZJONI: Kemm ghall Laqghat tal- Kunsill, il-Laqgha Generali Annwali u kemm ghall Laqgha Generali Straordinarja, il- votazzjoni ghandha ghandha tigi implimentata kif gej:
  a) Kull rizoluzzjoni mpoggija fuq il- mejda tal- Laqgha ghandha tkun deciza b' vot sigriet, jekk tlett (3) delegati jitolbu li jsir dan.
b) F'kull Laqgha r- rizoluzzjonijiet kollha ghandhom jinqraw ezattament qabel ma ssir il- votazzjoni dwarhom.
c) L-ebda regola gdida jew alterazzjoni tar- regoli ezistenti ma jistghu jsiru jekk ma jkunx hemm maggoranza ta' zewg terzi tal- membri tal- Kunsill prezenti ghall- Laqgha.
d) Il- Membri tal- Kunsill jivvutaw f'isem l- Ghaqdiet taghhom skond kif jiddeciedi kif ghandu jkun il- vot l- Kumitat taghhom.
e) Meta mozzjoni tigi ghall vot quddiem il- Laqgha Generali Annwali, l- ebda delegat jew Club, hlief il- Kunsill, ma jista jitlob li ssir Laqgha Generali Straordinarja fuq l-istess mozzjoni, jew fuq xi suggett li ghandu x'jaqsam maghha qabel il- Laqgha Generali ta' wara li jkun imiss.
f) F' kaz li Laqgha Generali Straordinarja ssir sabiex jigi elett Kunsill gdid, ghandhom jigu adottati l- provedimenti relattivi ghal- Laqgha Generali Annwali u l- elezzjonijiet kif provduti f'dan l-istatut.

29. SENA FINANZJARJA: Is- sena Finanzjarja tal- Federazzjoni ghandha tkun dik bejn l- 1 ta' April u l- 31 ta' Marzu.
30. DIXXIPLINA:  
  a) Il- kunsill ghandu jkollu l- poter li jistabbilixxi sistema ta' procedimenti ta' mizuri ta' dixxiplina fil- konfront ta' Ghaqdiet u l- membri fir- rispett ta' : Kwalunkwe att jew imgieba li fl- oppinjoni tal- Kunsill hija ta' hsara u li tippregudika l-interessi tal- ghanijiet tal- Federazzjoni u meta tali imgieba tmur kontra l-interessi jew tkun konnessa ma:
1)   Ksur tar- regolamenti tal- Federazzjoni.
2)   Il- welfare tal- klieb.
3)   L-esebizzjoni, tnissil u l- gurija tal- klieb, jew kwalunkwe attivita ohra li fiha jkunu mdahhlin il- klieb.
4)   Kwalunkwe membru u/jew Ghaqda affiljata.
b) Il- Kunsill ghandu jkollu l- poter li jinvestiga u jipprocessa kwalunkwe ilment maghmul minn xi Ghaqda affiljata jew minn xi membru tal- Federazzjoni fi kwalunkwe materja li l- Federazzjoni ghandha poter fuqha.
c) Il- Kunsill ghandu jkollu d-dritt li jimponi fuq dak li jkun gie misjub hati fi proceduri ta' dixxiplina xi wahda jew uhud minn li gej:
1)    Twissija.
2)    Censura
3)    Multa
4)    Li jissospendi minn kwalunkwe sehem jew partecipazzjoni , li jattendi u/jew li jkollu xi konnessjoni ma xi attivita licenzjata mill- Federazzjoni.
5)    Li jiddiskwalifika lil kwalunkwe persuna milli tkun jew li tissieheb bhala membru f'xi Ghaqda registrata jew affiljata mal- Federazzjoni.
6)    Li tissospendi persuna milli sservi ta' ufficjal jew membru ta- kumitat fi kwalunkwe ghaqda affiljata mal- Federazzjoni.
7)   Li ma thallihx ikun parti mill- organizzazzjoni ta' kwalunkwe attivita rikonoxxuta mill- Federazzjoni.
8)    Li tiddiskwalifikah milli jkun parti minn xi gurija fi kwalunkwe attivita rikonoxxuta mill- Federazzjoni.
9)    Li tiddiskwalifikah milli jirregistra klieb mal- Federazzjoni u mal- Ghaqdiet affiljati.
10)   Li ma jhallix li jsiru registrazzjonijiet u/jew partecipazzjoni f'xi attivita rikonoxxuta mill- Federazzjoni, ta' klieb li jkunu mnissla minn klieb li 1huma propjeta tal- individwu sew jekk ghandu kontroll shih jew parti mill- kontroll tal- kelb/klieb imsemmija.
11)   Li timponi li jithallsu kwalunkwe spejjez li jkunu saru mill- Federazzjoni u/jew minn min ikun ghamel l- ilment.
d) Kwalunkwe persuna li tonqos milli thallas xi multa imposta taht dawn ir- regolamenti fi zmien 15 il- gurnata minn meta tkun giet notifikata, ghandha tigi awtomatikament sospiza indefinitivament minn kwalunkwe attivita rikonoxxuta mill- Federazzjoni.
e) Kwalunkwe persuna li waqt xi attivita rikonoxxuta tassocja u/jew tassisti lill xi persuna li hi tkun taf li hi sospenduta, tkun qed tissottometti lilha nfisha ghall- proceduri dixxiplinarji.
f) Ghandu jkun l- Kunsill b'vot ta' mhux anqas minn zewg terzi li jkollhu l- poter li jahfer, inaqqas jew ibiddel decizjoni jew passi dixxiplinarji li jkunu ttiehdu kontra xi membru. Biex isir dan, trid issir talba bil- miktub lill- Kunsill
g) Il- Kunsill ghandu jgharraf bil- miktub lill- Ghaqdiet affiljati bi kwalunkwe mizuri dixxiplinarji li jkunu ittiehdu fil- konfront ta' xi persuna.
h) Il- Federazzjoni ghandha tkun d- decizjoni finali tal- appell fi kwalunkwe kazijiet ta' dixxiplina li jistghu jittiehdu mill- ghaqdiet affiljati maghha.
i) Il- Federazzjoni hija fid- dmir u fl- obbligu li tistabbilixxi guidelines sabiex timxi fuqhom meta tasal biex tiddeciedi x' forma ta' mizuri ghandha tiehu fil- konfront ta' xi persuna li tkun giet suggetta ghall- passi dixxiplinarji. Dawn il- guidelines ghandhom iservu sabiex jaraw li kullhadd jigi stmat l-istess meta jittiehdu passi dixxiplinarji. Guidelines simili ghandhom isiru fil- konfront ta' passi dixxiplinarji li jistghu jittiehdu kontra l- Ghaqdiet affiljati.
j) Il- passi dixxiplinati ghandhom jigu diskussi mhux aktar tard minn sitt xhur mid- data li fiha jkun sehh il- ksur ta' xi regolament.
k) Jekk jghaddu aktar minn sitt xhur minghajr ma jibdew il- proceduri il- kaz jigi preskitt.
  l) F' kaz li l- Federazzjoni tkun hadet passi dixxiplinarji direttament hi, il- membru/ Ghaqda tista tappella quddiem il- Bord ta' l- Appell.
31. BORD TA' L-APPELL:

Ghandu jigi mahtur Bord ta' l- Appell mill- Kunsill, li xogholu jkun li jisma u jiddeciedi appelli li jkunu saru kontra xi tehid ta' passi dixxiplinarji mill- Fderazzjoni. Dan il- Bord ghandu jkun kompost minn tlett membri indipendenti minn kull Ghaqda affiljata.

 

32. L-APPELL:

: Kwalunkwe appell li jsir kontra xi decizjoni dixxiplinarja mill- Federazzjoni ghandu jsir fi zmien xahar mid- data tan- notifika tal- passi dixxiplinarji li jkunu ittiehdu. L- appell ghandu jsir bil- miktub u jasal ghand is- Segretarju tal- Federazzjoni fiz- zmien stipulat, flimkien mal- hlas ta' LM30 li jigu rifonduti f' kaz li l-appell jigi milqugh. Il- hlas ma jigix rifondut lura jekk l- appell ma jigix milqugh.

 

33. KWALIFIKI MEHTIEGA MILL- GHAQDIET SABIEX JISSIEHBU FIL- FEDERATION:
    1. Kwalifiki: Kwalunkwe Ghaqda li trid tissieheb fi hdan il- Federazzjoni ghandha jkollha dawn il- kwalifiki:
  a) Statut. L-Istatut ma jridx ikun b'xi mod konflingenti mal- Istatut jew mar- regolamenti tal- Federazzjoni. Il- Kunsill tal- Federazzjoni ghandu d-dritt li jitlob lill- Ghaqda li tkun qeghda tapplika ghall- shubija sabiex tibdel xi parti mill- Istatut li l- Kunsill jidhirlu li ghandu jinbidel. L-Istatut ghandu jinzamm dejjem aggornat u jigu nkluzi fih dawk l-emendi li jsirulu minn zmien ghall zmien. Kopja ta' l-Istatut aggornat ghandha tkun dejjem ghad-dispozizzjoni tal- membri ta' l-Ghaqda, kif ukoll ghall- Federazzjoni.
b) Mhux anqas minn tletin (30) membru mhallsa.
c) Li jkollha mizata annwali ghall- membership.
d) Li l- membri kollha tal- Ghaqda jkollhom id-dritt jattendu u jippartecipaw fil- Laqghat Generali kollha tal- Ghaqda li ghandha tkun immexxija b' mod demokratiku u li tkun komposta minn nies li huma fil- fehma tal- Kunsill, dilettanti vera tal- klieb.
e) Li tkun f' pozizzjoni li tissupplixxi lill- Federazzjoni kwalunkwe informazzjoni li tkun mitluba minnha.
f) Li tissupplixxi lill- Federazzjoni lista tal- membri mhallsa taghha fl- ewwel ta' kull xahar.
g) Li l- Accounts tal- Club jigu audited.
h) Li tissuplixxi lill- Federazzjoni bir- rendikont finanzjarju annwali mill-anqas hmistax il- gurnata qabel dan jigi pprezentat lill- Laqgha Generali Annwali tal- istess Ghaqda.
i) Li tissuplixxi lill- Federazzjoni bir- Rapport Amministrattiv u l- Minuti tal- Laqgha Generali fi zmien xahar mid- data li fiha tkun saret il- Laqgha.
j) Li tghaddi kwalunkwe registrazzjoni ta' pedigrees u l-hlas rispettiv taghhom lill- Federazzjoni fi zmien 15 il- jum.
    2. Applikazzjoni:
 
  a) L-applikazzjoni ghandha issir bil- miktub fuq formola apposta mahruga mill- Federazzjoni. L- Ghaqda li tkun qeghda tapplika tintbghat lilha formola apposta mill- Federazzjoni, u fuq din il- formola l- Ghaqda ghandha tnizzel l- isem taghha flimkien ma zewg ismijiet alternattivi ghall- istess Ghaqda.
b) Mal- applikazzjoni ghandu jsir il- hlas ta' Registrazzjoni ta' l- Ghaqda. Dan il- hlas ma jigix rifondut jekk l- applikazzjoni ma tigix milquha.
c) L- Ghaqda ghanda wkoll timla kwestjonarju fejn fih taghti aktar informazzjoni fuq l- operat taghha. L- applikazzjoni tal- assoccjazzjoni flimkien mal- kwestjonarju ghandhom jintbghatu lill- Federazzjoni flimikien mal- hlas relevanti kif jidher fil- lista ta' hlas jew mizati tal- Federazzjoni, l- ismijiet u l- indirizzi tal- ufficjali u l- membri tal- kumitat, lista ta' membri mhallsa kurrenti, dettalji tal- qaghda finanzjarja tal- Ghaqda, u kopja ta' l- Istatut taghha li ghandu jkun konformi mal- Federazzjoni.
d) Jekk il- Kunsill finalment jiddeciedi favur l- applikazzjoni, dan jgharraf lill- Ghadiet u l- membri affiljati bl- isem ta' l- Ghaqda gdida msiehba, u l- isem ta' l- Ghaqda jitnizzel fir- registru tal- Ghaqdiet affiljati.
e) L- Ghaqda ma tistax tghamel l- ebda arrangamenti sabiex torganizza l-ebda forma ta' wirjiet tal- klieb qabel ma l- applikazzjoni taghha tigi accettata u issir Ghaqda affiljata mal- Federazzjoni, jekk mhux bil- permess bil- miktub tal- Federazzjoni.
    3. Regoli Lista tar- regoli li ghandhom ikollhom l- Ghaqdiet affiljati tigi akkwistata mill- Federazzjoni. Biss, dawn ir- regoli li gejjin ghandhom ikunu nkluzi fir- regolamenti (Statut) ta' kull Ghaqda affiljata fil- Federazzjoni:
  1) Regola li tiddefinixxi il- procedura ghall- elezzjoni fil- Kumitat, Ufficjali u Membri ordinarji.
2) Li l- accounts tal- Club jigu audited.
3) Regola li tghid li ghandu jkun hemm kont bankarju f'isem l- Ghaqda.
4) Regola li tghid li l- Laqgha Generali Annwali trid issir sa l-ahhar ta' Marzu ta' kull sena.
5) Regola li tiddefinixxi is- sena finanzjarja ta' l-Ghaqda u l- proceduri kif titlaqqa l- Laqgha Generali Annwali. Din ghandha tinkludi wkoll regola ta' kif jissejhu Special jew Extraordinary General Meeting.
6) Regola li tghid li r- regolamenti ta' dik l- Ghaqda ma jistghux jigu mibdula jekk mhux waqt l- Laqgha Generali Annwali jew Special General Meeting, b' notifika li tinkludi dettalji tat- tibdil propost. Regoli godda jew alterazzjonijiet ma jistghux jigu fis-sehh qabel mal- Federazzjoni tkun giet mgharfa bihom u tkun tat l- approvazzjoni taghha ghall- istess tibdil. L-ebda rizoluzzjoni ma tista tigi mehuda fl- Laqgha Generali jekk ma kienetx inkluza fl- Agenda tal- Laqgha, bl- eccezzjoni ta' affarijiet ta' rutina li fuqhom ic- Chairman ikun ta' l-opinjoni li tkun ta' urgenza.
7) Li l- Ghaqda ghandha tavza lill- Federazzjoni bil- miktub ta' l-anqas sa 15 il- gurnata qabel b'kull Laqgha Generali (kemm Annwali kif ukoll Straordinarja), liema Federazzjoni jkollha d-dritt li tibghat rapprezentant taghha bhala osservatur.
8) Ghandu jkun hemm stipulat fl- Istatut li l- Ghaqda ghandha tkun affiljata mal- Federazzjoni.
9) Ghandu jkun hemm regola li tghid specifikament li:" Kwalunkwe membru li jigi sospiz mill- Federazzjoni jigi sospiz awtomatikament mill- Ghaqda. Dan jghodd ukoll ghall kwalunkwe mizuri li tista tiehu l- Federazzjoni li tkun awtomatikament attwata wkoll mill- Ghaqda".
10) Jekk l-imgieba ta xi membru ta' l-ghaqda tkun, fl-opinjoni tal- Kumitat tal- Ghaqda, tmur kontra ir- regolamenti jew l-interessi ta' l-Ghaqda, il- Kumitat ta' l- Ghaqda jista', waqt Laqgha li fl- agenda taghha tkun inkluza l- konsiderazzjoni tal- kondotta tal- membru, jitlob li ssir laqgha tal- kumitat li fiha tipprocessa l- passi dixxiplinarji kontra l- membru nkwistjoni, basta li l- membru jkun notifikat bil- miktub bid- data, hin u l- post tal- laqgha, u mghoti c-cans li hu/hi tattendi sabiex jghati spjegazzjoni. Zewg terzi tal- membri tal- Kumitat jiddeciedu li jittiehdu l- passi dixxiplinarji necessarji mill- Kumitat.
11) Regola li tghid li membru ghandu d- dritt li jappella quddiem il- Federazzjoni basta jkun suggett ghar- regolamenti ta' l- appell kif imposti mill- Federazzjoni. Ghandu jkun hemm stipulat il- perjodu jew zmien sa meta ghandu jsir l-appell.
12) Ghandu jkun hemm regola li tghid li l- Ghaqda ghanda tinforma lill- Federazzjoni bi kwalunkwe passi dixxiplinarji li jittiehdu fil- konfront ta' kwalunkwe membru.
13) Regola li tghid li membru irid ikun ilu membru mill- anqas tlett xhur sabiex ikun intitolat ghall- vot fl- Laqgha Generali ta' l-Ghaqda.
14) Regola li tghid li l- Ghaqda ghandha tibghat lill Federazzjoni lista tal- membri mhallsa fl- 1 ta' kull xahar. Din il- lista trid tasal ghand il- Federazzjoni sal- hmistax (15) ta' kull xahar.
15) Regola li tghid li l- Ghaqda trid thallas il- mizati dovuta minnha lill- Federazzjoni fiz- zmien stipulat tal- Federazzjoni.
16) Regola li tistabbilixxi l- mizata annwali ta' shubija, kundizzjonijiet tal- hlas, u l- istatus tal- membri li jonqsu li jhallsu l- mizata taghhom fiz-zmien stipulat.
17) Regola li tghid li r- regoli tal- kompetizzjonijiet u l- wirjiet taghha jkunu dawk r- regoli kif mahruga u mposti mill- Federazzjoni.
18) Regola li tiddefinixxi t- tqassim tal- beni f' kaz li l- Ghaqda ma tibqax imwaqfa.
19) Regola li tghid li l- Federazzjoni hija l-awtorita finali li tinterpreta ir- Regolamenti tal- Ghaqda fi kwalunkwe kazi li jirrelataw kemm mal- klieb kif ukoll mal- Ghaqda.
  20) Regola li tghid li l- Ghaqda ma tistax tissieheb f' Assocazzjoni jew Federazzjoni ohra.
  3. Generali:

Hija fid- diskrezzjoni assoluta tal- Kunsill tal- Federazzjoni li tirrifjuta jew taccetta l- affiljazzjoni ta' kwalunkwe Ghaqda.

 

  4. Proceduri dixxiplinarji:
 
  a) Il- Kunsill ghandu d-dritt li jissospendi Ghaqda mill- affiljazzjoni jekk fl- oppinjoni tal- Kunsill, l- Ghaqda tkun kisret xi regolament, sew jekk huwa tal- Federazzjoni u sew jekk huwa ta' l- Ghaqda stess. Il- Kunsill jissospendi l- Ghaqda jekk l- Ghaqda tippersisti fil- ksur ta' dawn ir- regolamenti wara li tkun ingibdet l- attenzjoni taghha mill- Federazzjoni.
b) L- ebda Ghaqda ma ghandha tigi ssospenduta jew imkeccija qabel ma tinghata l- opportunita li tghamel rapprezentazzjoni bil- miktub lill- Federazzjoni fejn tispjega u/jew tiddefendi lilha nfisha.
c) Ghaqda li tkun giet sospiza mill- Federazzjoni m'ghandiex dritt ghall- ebda beneficcji li jista jkollhom l- Ghaqdiet affiljati fil- Federazzjoni.
d) Jekk Ghaqda affiljata tissospendi jew tiehu xi forma ohra ta' mizuri dixxiplinarji kontra xi membru taghha, ghandha tinforma bil- miktub lill- Federazzjoni fi zmien 7 ijiem u jissupplixxu id- dettalji necessarji.
e) Jekk xi Ghaqda affiljata fil- Federazzjoni tonqos li tonora u tesegwixxi kwalunkwe mizura dixxiplinarja mposta mill- Federazzjoni fuq membru taghha , kemm l- Ghaqda kif ukoll l- Ufficjali u l- membri tal- kumitat ta' dik l- Ghaqda jew parti minnhom jistghu jigu ddixxiplinati mill- Federazzjoni.
f) Ghaqda ghandha d-dritt li tappella minn kwalunkwe passi dixxiplinarji li jittiehdu kontriha mill- Federazzjoni, quddiem il- Bord ta' l- Appell, jekk l- Appell isir skond il- proceduri kif stipluati f' regola 31.
34. GHAQDIET B'INQAS MINN 30 MEMBRU IMSIEHBA: Ghaqdiet li jkollhom anqas minn 30 membru imsiehba maghhom ma jistghux jigu accettati bhala assocjati mal- Federazzjoni. Dawn ghandhom jigu registrati mal- Federazzjoni u jrid ikollhom il- kwalifiki necessarji kollha kif stipulati f' Regola 32, bl- eccezzjoni ta' paragrafu 1 (b). Ghaqdiet registrati ma jkollomx rapprezentanti fil- Kunsill u ma jibbenefikawx mill- beneficcji tal- Federazzjoni, imma jkollhom l- gharfien shih tal- Federazzjoni.
35. EMENDI TA' L-ISTATUT: Kwalunkwe proposta ta' emendi ta' l-istatut ghandha titressaq minn Ghaqda affiljata u mhux minn individwi tal- Kumitati ta' l- Ghaqdiet. Din ghandha tintbghat lis- Segretarju fiz-zmien stipulat ta' 20 gurnata. Dan imbghad jiccirkolaha lill- Ghaqdiet assocjati kollha mill- anqas 8 ijiem qabel id- data tal- Laqgha tal- Kunsill li trid tissejjah biex fiha jitressqu l-emendi proposti. Biex tghaddi mozzjoni ta' emenda tinhtieg maggoranza ta' voti li ma tkunx anqas minn zewg terzi tan- numru tal- membri prezenti fil- Laqgha tal- Kunsill. Kull mozzjoni mressqa minn xi Ghaqda ghandha tkun gabet l-approvazzjoni tal- Kumitat rispettiv ta' l-Ghaqda waqt Laqgha tal- Kumitat rispettiv.
36. IL- KENNEL CLUB (U.K) YEARBOOK: F' kaz ta' kwistjoni li fuqha ir- regolamenti tal- Federazzjoni ma jipprovdux, ghandna nirrikorru ghall- Year Book kurrenti tal- Kennel Club (U.K) u ninterpretaw ir- regolamenti pprovduti mill- Kennel Club Year Book fuq dik- il- kwistjoni. Il- Kunsill huwa l- awtorita finali fl- interpretazzjoni tal- Kennel Club Year Book.
37. SPEJJEZ LEGALI: Il- membri tal- Kunsill m' ghandhomx jinzammu responsabbli ghall- xi spejjez legali li jista jkun hemm minn zmien ghall zmien, kemm f' kawzi legali li jsiru mill- Federazzjoni kif ukoll f'kawzi li jistghu isiru kontra l- Federazzjoni. Dawn l- ispejjez ghandhom jigu finanzjati mill- fondi tal- Federazzjoni.
38. LIKWIDAZZJONI: F'kaz ta' likwidazzjoni tal- Federazzjoni l-assi netti kollha ghandhom jigu mghoddija b'mod ugwali lill- Ghaqdiet li jkunu jifformaw il- Federazzjoni fiz- zmien tal- likwidazzjoni.
39. PUBBLIKAZZJONI TA' L-ISTATUT: Dawn ir- regolamenti ghandhom jigu ppublikati fil- lingwa Maltija, li hija l- lingwa Nazzjonali taghna, kif ukoll bil- lingwa Ingliza. Ghanda tkun il- verzjoni bil- lingwa maltija li tigi diskussa u ntrepretata, u dik il- verzjoni bil- lingwa Ingliza ghandha tintuza biss bhala riferenza ghall min hu barrani jew mhux midhla ta' l-ilsien Malti.
40. INTERPRETAZZJONI: Il- Kunsill huwa l- awtorita finali fl-interpretazzjoni ta' dawn ir- regolamenti.